.

Messagg tad-Delegat tal-Provincjal

Gheziez Past Pupils

Dun Bosco dejjem hadem bla heda biex jaqra’ is-sinjali taz-zminijiet u b’hekk ikun jista’ joffri qafas edukattiv li jwiegeb ghall-htigijiet tat-tfal u z-zghazagh. Is-sit elettroniku tal-Ghaqda tal-Past Pupils fi hdan l-iskola ta’ St. Patrick’s hija mera sabiha tax-xewqa taghkom li zzommu kuntatt ma’ zghazagh li hadu l-edukazzjoni taghhom mill-iskola jew qattghu xi zmien fil-care. St. Patrick’s kienet dar u skola ghal hafna zghazagh. Ghal min telaq u jixtieq izomm kuntatt mas-Salesjani issa jista’ jaghmel dan permezz tas-sit taghkom. Nifirhilkom ghalhekk ghal dan l-impenn u l-aggornament fil-qasam informatiku.

Ninsabu wkoll fi zmien ta’ grazzja f’eghluq il-mija u hamsin sena mit-twaqqif tas-Salesjani fid-dinja. F’dan il-moviment ta’ hajja, ferh u mhabba intom ghandkom post principali bhala edukaturi li tahdmu id f’id mas-Salesjani. Komplu ghalhekk offru spazju edukattiv, sportiv, kulturali u spiritwali li jressqu lill-Past Pupils aktar lejkom. St. Patrick’s kienet u ghada dar miftuha ghall-kulhadd. Mera ta’ dan hija l-qalb miftuha u generuza taghkom. F’isem Dun Bosco, nirringrazzjakom ta’ kollox u nitlobkom tibqghu taghtuh qalbkom biex jahdem permezz tal-presenza taghkom.

 

Fr. Paul Formosa SDB

Delegat tal-Provincjal