Hbieb, Qeghdin inniedu inizjattiva gdida bl-iskop li nzommu lilna nfusna maghquda flimkien u f'kuntatt kontinwu, anke jekk ma niltaqghux fizikament fil-laqghat regolari taghna. Dan qed naghmluh permezz ta' din is-sit elettroniku li t-tekonologija moderna tippermettielna li nzommu aggornat regolarment. Qeghdin nittamaw li din il-holqa gdida fil-katina ta' komunikazzjoni bejnietna, tkun uzata kemm min-naha taghna biex inwasslulkom messaggi u komunikazzjoni ohra kif ukoll min-naha taghkom billi tidhlu spiss f'dan is-sit u taqraw il-kontribuzzjonijiet li se jibda jkun fih minn zmien ghal zmien. Fis-sit se jkollna wkoll il-possibilta' li intom tikkomunikaw maghna u tibghatulna l--messaggi u l-veduti taghkom u anke xi kontribuzzjonijiet li thossu li jistghu jkunu inkluzi f'dan is-sit ghax ta' interess ghall-membri taghna. Min-naha taghna se nimpenjaw ruhna li dan is-sit elettroniku nzommuh haj u aggornat u ghalhekk qed nitolbu kontribuzzjonijiet f'kitba kemm mill-komunita' Salezjana kif ukoll mill-membri tal-familja aktar wiesa' Salezjana. Ghandna tama kbira li permezz ta' dan il-mezz elettroniku, se nzommu kuntatt akbar bejnietna. Nixtiequ li dan l-isforz min-naha taghna isib rispons min ghandkom billi regolarment izzuru dan is-sit u taghtuna l-ideat taghkom kif nistghu nkomplu ntejbuh. Ma ghandix dubju li kieku Don Bosco kien qed jghix fi zmienna kien jaghraf juza dan il-mezz teknologiku biex iwassal aktar u ahjar il-messagg tieghu lilna. Ahna ghandna nimxu fuq il-passi tieghu. Inheggukom biex taghtu l-indirizz ta' dan is-sit elettroniku anke lil nies li m'humiex membri ta' l-ghaqda taghna. B'hekk inkunu qed inwasslulhom il-messagg ta' Dan Bosco u fl-istess hin inhegguhom jissiehbu maghna. Saviour Bianchi


