.

L-Ambjent

minn Chris Colombo - Form 4

 

 

 

 

 

 

Nhar it-Tlieta, 2 ta' Gunju, kellna l-opportunita' li niltaqgħu ma' Ms Mariella Grixti li ġiet tkellimna fuq kif nistgħu nħarsu aħjar l-ambjent ta' madwarna.  Hi spjegat tajjeb kif l-ambjent m'huwiex biss il-kampanja iżda kullimkien - post tax-xogħol, l-iskola, id-dar etc.

 

Mariella kellmitna wkoll fuq il-miżbla tal-Magħtab li issa ngħalqet u li qegħdin jinfetħu land fields biex l-iskart jintrema ġo fihpm u wara jagħmluhom għelieqi.  L-iktar ħaġa li laqtitni kienet li minn mindu ingħalqet il-miżbla tal-Magħtab, tnaqqsu tunellati ta' skart li qed jiġi riċiklat.  Aħna minn dejjem ħsibna li għandna nħarsu l-ambjent u nħalluh nadif, imma issa sirna nafu ħafna iktar dettalji ġodda u sirna iktar konxji.

 

Waħda mill-affarijiet li qalet Mariella kienet li nistgħu nagħmlu iktar recycle bins ġewwa l-iskola ħalli aħna nkunu ta' eżempju għan-nies ta' barra. 

 

Kulħadd għandu jżomm lill-pajjiżu nadif, mhux mill-bieb il-ġewwa biss għax kif jgħidu bil-qatra il-qatra timtela l-ġarra.