.

Jum il-Ktieb

"Ma tistax tiftaħ ktieb mingħajr ma titgħallem xi ħaġa"

                                                               - Confucius -

 

Din is-sena ċċelebrajna din il-ġurnata permezz ta' attivitajiet marbuta mal-kotba u qari bil-Malti.  Il-ġurnata kienet imżewqa b'diversi xogħlijiet mtella' mit-tfal stess.  Bdejna b'żifna tradizzjonali mill-istudenti ż-żgħar. Kien hemm imbagħad min qara leġġendi Maltin, oħrajn urewna u spjegawlna x'kien il-logħob tradizzjonali Malti.  L-għalliema tal-Malti spjegat l-istorja tal-faxxikli u fl-aħħar intwerer stejjer miktuba u animati minn tal-Form 1.1 fejn wieħed seta' japprezza l-krejattivita' ta' dawn l-istudenti.