
Wara xahrejn u nofs ta' preparamenti, IL-PARRINU, il-pantomima ta' din is-sena ittellghat fit-teatru Salesjan f'Dicembru 2007. Il-Pantomima saret tradizzjoni tal-Milied u l-istudenti jippreparaw ghaliha bi hgarhom. Din is-sena l-atturi haduna gewwa New York fis-sena 1930. Bit-tema tal-Mafja, il-PARRINU ma kinitx inqas mill-produzzjonijiet tas-snin ta' qabel f'dawk li huma kostumi, persunaggi, u muzika. Bhal kull sena, l-ghalliema nghaqdu ma' l-istudenti u kollox jinhadem flimkien. Dan l-isforz gie ppremjat u kull min attenda seta' japprezza x-xoghol professjonali li l-istudenti taghna kienu kapaci jaghmlu. Ghall-istudenti tal-5 sena din kienet l-ahhar pantomima taghhom, u certi li tifkiriet ta' dawn it-tip ta' attivitajiet se jgorruhom maghhom matul hajjithom.



