.

Il-Kunsill tal-Klassijiet iz-zghar

minn Mohammed El Bakry - Form 3

 

 

 

 

Min Aħna ?

Fl-iskola ta’ St. Patrick’s hemm żewġ kunsilli ta’ l-istudenti, wieħed tal-kbar u l-ieħor taż-żgħar. Din is-sena l-kunsill taż-żgħar hu magħmul minn Clayton Borġ, Lee Palmier u Mohammed El Bakry. Il-kunsill taż-żgħar hu għall-klassijiet tal-forms 1 sa 3, filwaqt li tal-kbar hu minn form 4 sa 5. Minn wara l-Milied iltqajna ħames darbiet, qisu darba f’xahar. Kull laqgħa ddum madwar 45 minuta. Baqgħalna żewġ laqgħat oħra x’nagħmlu din is-sena, waħda biex inkomplu niddiskutu x’għandu bżonn isir u l-oħra biex nagħmlu evalwazzjoni ta’ kif marret is-sena.

 

X’inhu l-Kunsill u x’nagħmlu ?

Il-kunsill jitkellem mas-surmast u jgħidlu l-affarijiet li għandhom bżonn jiġu rranġati u l-opinjonijiet ta’ l-istudenti l-oħrajn. Niddiskutu wkoll fuq attivitajiet bħal ‘‘casual day’’ jew ‘‘doughnut day’’ u aħna nieħdu ħsieb li norganizzaw kollox. Wara nerġgħu niddiskutu x’mar tajjeb u x’mar ħażin u fejn nistgħu ntejbu.

 

X’ fisser għalija li nkun membru tal-Kunsill?

Li nkun membru fil-kunsill ta’ l-istudenti ż-żgħar huwa unur għalija. Barra minhekk ħa jkolli ħafna responsabbilta’, fosthom li norganizza flimkien ma’ sħabi l-oħra l-laqgħat u l-attivitajiet differenti. Għalhekk hija esperjenza unika fejn nitgħallem kif isiru l-laqgħat u kif nitgħallem nisma’ lill-istudenti tal-klassijiet l-oħra meta jesprimu l-opinjoni u l-bżonnijiet tagħhom, biex inkun ta’ servizz għalihom.